Kienet ilha x-xewqa tal-Bormlizi li xi darba l-Kwadru Titulari ta' Caruana jigi nkurunat. Din x-xewqa kompliet thegget hekk kif fis-sena 1904, il-Papa San Piju X, habbar Cinkwantenarju tad-Domma. Il-Bormlizi hasbu li kien il-waqt opportun li x-xewqa taghhom issir realta'. Il-Kapitlu ta' Bormla, ma setghax jonqos li jibda jahdem biex ix-xewqa tal-Bormlizi ssir realta'.

(L-Arma tal-Kolleggjata, li tirraprezenta l-Kapitlu Cospicuan.)
Fl-24 ta' Jannar 1905, hareg id-digriet ta' l-Inkurunazzjoni. Dan kien digriet specjali ghax hareg bil-firma tal-Papa stess. F'Bormla bdew il-preparamenti ghal din l-okkazzjoni. Gie deciz li l-vara tal-Kuncizzjoni issir tal-fidda. Dan sar fuq disinn tas-Surmast Bormliz Abram Gatt. Il-vara nhadmet mid-ditta "Ghezzi" ta' Milan u giet inawgurata propju fit-18 ta' Gunju 1905, f'Misrah Bormla, quddiem il-Knisja ta' Sta. Margerita, fi prezenza ta' folla enormi ta' nies minn kull naha ta' Malta.
Ix-xewqa tal-Bormlizi saret realta'. Wasal Malta il-Kardinal Domenico Ferrata bhala legat a latere tal-Papa. F'jum il-25 ta' Gunju, jum li ghadu ghaziz ghalina l-Bormlizi u ghal dawk devoti ta' Marija Immakulata, waqt il-Pontifikal Solenni saret l-Inkurunazzjoni ta' Marija Immakulata fil-Kwadru tal-Kor.
Propju hamsin sena wara, f'jum l-24 ta' Lulju, inkitbet pagna ohra fl-istorja ta' l-Inkurunazzjoni. Dan ghaliex issa kien imiss li ma l-istess kwadru jsir Stillarju. Il-Kardinal kien Federico Tedeschini. Fil-ghodu kien mexxa koncelebrazzjoni Pontifikali fis-Santwarju, u fil-ghaxija, saret Purcissjoni bil-Kwadru Inkurunat lejn Misrah Sta. Margerita, fejn kien hemm armat palk li fuqu kelha ssir ic-Cerimonja. Fiha, twahhlu madwar ras il-Madonna tmien stillel ta' deheb u hagar prezzjuz.
Fis-sena 1980, saru celebrazzjonijiet ohra li fakkru l-75 sena mill-Inkurunazzjoni. B'tifkira ta' dan, propju fit-8 ta' Dicembru, l-Arcisqof ta' Malta Mons. Guzeppi Mercieca libbes curkett f'wiehed mis-swaba tal-vara ta' l-Immakulata.
Mitt Sena Wara...is-sena 2005. Sena li zgur li tibqa tissemma fl-istorja ta' Bormla. Il-Bormlizi hasbu li jkun xieraq li jiccelebraw din it-tifkira f'Gunju, fid-data propja. Ghalhekk nistghu nghidu li fi zmien sena saru tliet festi (Dicembru 2004, Gunju 2005 u Dicembru 2005). Fost l-ohrajn tfakkret il-grajja li sehhet fit-18 ta' Gunju, b'Pellegrinagg bl-Istatwa fin-nahiet ta' San Gwann t'Ghuxa.
Fil-25 ta' Gunju, sar Pellegrinagg bil-Kwadru Titulari. Dan ghadda mit-triq li minnha tghaddi l-Purcissjoni f'Jum l-Immakulata. Propju quddiem il-binja tal-Kunsill Lokali sar l-att tal-Konsagrazzjoni lil Marija Immakulata. Ghal din il-Purcissjoni gie mistieden il-Kapitlu Elenjan ta' Birkirkara.
Biss il-Bormlizi riedu li bhal ma ghamlu missirijietna, niktbu isimna fl-istorja ta' Beltna. Din ix-xewqa saret realta' nhar il-Erbgha 7 ta' Dicembru, fejn wara l-quddiesa ta' l-ahhar jum tan-Novena, tpogga ma ras l-Immakulata, Stillarju gdid, flok l-iehor li kellha. Dan sar mill-Wisq Rev. Arcipriet Kan. Joe Mifsud, f'atmosfera sabiha ferm, bi knisja mimlija bin-nies, waqt li l-Kor "TOTA PULCHRA" interpreta bil-kant l-Innu tac-Centinarju "Fil-Kuruna Dehbiena Fuq Rasek".
